Ġarr Move house

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal ĠARR għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal DAR b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 milwi mill-għekiesi biex l-id tifforma angolu rett. Il-pala tal-id tħares ’l isfel. L-id titqiegħed fil-ġenb fil-livell tal-wiċċ. (ii) Imbagħad, iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 5 kkurvata u jimxu min-naħa għan-nofs, jew skont il-kuntest.

The sign for MOVE HOUSE has two parts. (i) First, the sign for HOUSE is made with one hand in the shape of 5 bent at the knuckles such that it forms a right angle. The palm faces downwards. The hand is placed at face level. (ii) Then, both hands take the shape of curved 5 and are placed, palms down, towards one side and then move towards the centre, or depending on the context.